Imħabbra qabża enormi fil-kwalità tas-servizz Meals on Wheels – One News

Notifiki

Imħabbra qabża enormi fil-kwalità tas-servizz Meals on Wheels

Il-Gvern ħass il-ħtiega ta’ riforma tas-servizz Meals on Wheels, mhux biss biex jindirizza l-lista ta’ stennija izda wkoll biex jiġu ntrodotti prattiċi ġodda.

Il-Meals on Wheels huwa servizz offrut mid-Dipartiment tal-Anzjani, fejn min japplika jiġi offrut ikla li tikkonsisti f’żewġ platti u deżerta darba kuljum, jew fil-ġranet li dak li jkun jixtieq. Matul is-snin, dan is-servizz kiber tant li d-Dipartiment tal-Anzjani ma setax ilaħħaq iżjed mad-domanda u bdiet takkumula lista ta’ stennija sa mis-sena 2012. Apparti l-lista ta’ stennija, kemm il-prattiċi kif ukoll l-ekwipaggjament li kien jintuża saru qodma.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret li esperti wettqu proċess dwar x’inhuma l-esiġenzi tal-lum fil-kuntest tal-prattiċi tal-food processing and handling moderni,  mhux biss minħabba l-kwalità tal-ikel imma wkoll minħabba s-saħħa u sigurta’ tal-klijenti.

Ġie wkoll imfassal menu mill-esperti biex ikunu koperti kull esiġenza tal-klijenti kif ukoll kundizzjonijiet kroniċi li jiddeterminaw x’tip ta’ ikel jista’ u għandu jiġi pprovdut lill-klijenti partikolari – u allura menu b’kontenut lactose free, gluten free kif ukoll għad-diabetiċi.

Dan kollu gie inkorporat f’sejħa għall-offerti, fejn  ġie mitlub ekwipaġġjament modern skont speċifikazzjonijiet tekniċi. Dawn jikludu l-għażla fuq il-menu, l-aspett nutrittiv, il-proċess għall-preparazzkoni ta’ l-ikel, t-temperatura u l-mod kif dan jitwassal għand il-klijenti.

Dan kollu, flimkien man-numru ta’ ikliet, kien meħtieġ sabiex mhux biss il-Gvern jindirizza l-lista ta’ stennija imma wkoll jaħseb għaż-żieda proġettata u l-kwalità ta’ dan is-servizz fiż-żmien li ġej.

Ir-riforma kollha ser tfisser mhux biss servizz għal kull min ilu jistennih, imma qabża enormi fil-kwalità bl-intoduzzjoni ta’ sistema ġdida li permezz tagħha l-ikel ordnat mill-klijenti wara li jissajjar jiġi friżat u jitwassal direttament fid-djar tan-nies. B’hekk inkunu qed nevitaw kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ikel li jistgħu ikunu ta’ detriment għas-saħħa tal-bniedem.

Benefiċjarji fis-sena 2015 kien hemm 338 u lista ta’ stennija sa Novembru 2015 kienet dik ta’ 305. Ta’ min jinnota wkoll li kemm ilu fis-seħħ it-tender il-ġdid, 100 klijent ġdid beda jiehu s-servizz. Hu ppjanat li din il-lista tkun maqtugħa kollha f’Novembru 2016.

Il-prezz għas-servizz huwa ta’ €2.20 għal kull ikla, li jitħallsu lix-xufier darba fil-ġimgħa. Huma intitolati għal dan is-servizz dawk li għalqu 60 sena, jew persuni bi bżonnijiet speċjali li jippreżentaw kopja tal-ispecial id card kif maħruga mill-KNDP.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend