Biex it-temperatura fit-Teatru Manoel tkun kostanti s-sena kollha – One News

Notifiki

Biex it-temperatura fit-Teatru Manoel tkun kostanti s-sena kollha

Se jkun qed issir xogħol ta’ klimatizazzjoni fit-Teatru Manwel biex sa fl-aħħar ikun hemm sistema adegwata li twassal għal kontroll fit-temperaturi, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.

Dan se jsir permezz ta’ finanzjament ta’ miljun u erbgħa mitt elf ewro, bil-maġġoranza tal-finanzjament ġej minn fondi Ewropej. Spjega aktar dwar dan is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej waqt żjara li għamel fit-Teatru Manwel dalgħodu.

Permezz ta’ dan il-proġett it-temperatura tat-teatru se tinżamm kostanti tul is-sena kollha. Il-proċess jirrikjedi intervent minimu għax jinvolvi l-installar ta’ pajpijiet li minnhom jgħaddi ilma kiesaħ fis-sajf u ilma sħun fix-xitwa biex tinżamm temperatura stabbli. Se tinbidel l-art u flok madum se jitqiegħed parquet kif ukoll se jkun hemm bidla fis-siġġijiet tat-teatru.

Michael Grech, intervistat hawn, huwa ċ-chairman tat-Teatru Manoel.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend