Jitħallsu għad-danni wara li damu jgħixu 33 sena f’garaxx – One News

Jitħallsu għad-danni wara li damu jgħixu 33 sena f’garaxx

Kumpanija tal-iżviluppaturi ġiet ordnata tħallas iżjed minn mija u tletin elf ewro wara li sar magħruf li qarrqet u koppja li kienet mingħalija qed tgħix f’dar kienet filfatt qed tgħix f’garaxx.

Il-każ ġara fl-elf disa’ mija tlieta u tmenin meta l-koppja mingħajr m’għamlet il-verifiki neċċessarji xtrat post f’livell mat-triq.

Fil-Prim awla ċivili sar magħruf li l-post mixtri ma kellux permessi ta’ residenza iżda ta’ garaxx u l-kumpanija Maple Leaf Construction and Development Ltd., li bniet il-post u imbaghad biegħitu kienet taf bl-irregolaritajiet.

Wara li l-Qorti qieset li l-post inxtara għal dak ekwivalenti għal sbatax-il elf ewro u li l-koppja nefqet fih mat-tletin elf ewro oħra fuqu, periti apposta wettqu l-istimi neċċessarji ta’ kemm iġib flus il-post illum il-ġurnata.

Filfatt intqal li l-istima titla’ għal mija u ħamsa u erbgħin elf ewro u wara li l-Qorti naqqset il-prezz oriġinali tax-xiri tal-post, il-kumpanija ntalbet tħallas il-kumplament biex tagħmel tajjeb għad-danni li sofriet il-koppja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend