Jgħaddi ġuri fuq kompliċità ta’ serq fuq anzjani – One News

Notifiki

Jgħaddi ġuri fuq kompliċità ta’ serq fuq anzjani

John Xuereb minn Birżebbuga beda għaddej ġuri fuq serq aggravat fuq anzjani li jmur lura għas-sena 2012.

Ir-raġel ta’ 52 sena spiċċa għadda ġuri wara li waqt l-allegat serq intużat il-vjolenza u waħda mill-anzjani sofriet ksur fil-polz. L-avukat Franco Debono qed jidher għall-akkużat.

Xuereb jinsab mixli li għen lil ħaddieħor jisraq fejn fost l-oħrajn kien ikun qed jistenna persuna oħra li twettaq is-serq.

Matul l-investigazzjoni huwa semma lil Simon Camilleri li allegatament kien qed jidħol jisraq mid-djar tal-anzjani.

Madankollu Camilleri, magħruf bħala s-‘Sufu’ ma tressaqx il-Qorti minħabba nuqqas ta’ provi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend