Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ lura għas-snin tmenin – One News

Notifiki

Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ lura għas-snin tmenin

Il-Partit Laburista qal li mhux se jaċċetta li l-Partit Nazzjonalista jiffranka l-flus billi jkeċċi ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku, li skond l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttill huma żejda.

Dan b’referenza għall-proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-preżentazzjoni lill-imsieħba soċjali b’rabta mad-dokument ta’ qabel il-baġit, Simon Busuttil tefa lill-ħaddiema tal-gvern taħt is-sezzjoni ta’ kontroll fl-ispiża. Fejn jingħad li l-ispiża tonqos billi jkunu indirizzati l-ħaddiema “eċċessiv” fis-settur pubbliku.

F’konferenza stampa, id-Deputat Silvio Schembri saqsa lil Simon Busuttil liema ħaddiema se jkeċċi u x’se jiġri mill-ħaddiema u l-familja tagħhom u jekk iddiskutiex din il-proposta mal-unions.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne stqarr li dawn il-proposti ffakkruna fil-Partit Nazzjonalista ta’ snin tmenin u disgħin, li kien juża l-poter biex jagħti transfers vendikattivi.

Il-Ministru qal li għall-kuntrarju ta’ Gvern Nazzjonalista, dan il-Gvern żied il-ħaddiema f’setturi importanti bħal dak tal-qasam tas-saħħa kif ukoll fis-settur privat.

Il-Ministru Fearne u d-deputat Silvio Schembri serħu moħħ il-ħaddiema li dan il-Gvern mhux se jkeċċi l-ħaddiema tal-Gvern.

Il-Partit Laburista qal li l-proposti tad-dokument ta’ qabel l-baġit tal-Partit Nazzjonalista jinkludu miżuri li diġa bdew jiġu implimentati jew se jiġu implimentati fiż-żmien li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend