Gvern li jwettaq dak li jwiegħed – One News

Notifiki

Gvern li jwettaq dak li jwiegħed

Minkejja li l-attakki mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista bdew minn kmieni dalgħodu, imsejsa biss biex jippruvaw ibeżżgħu lin-nies, il-wasla tat-tanker illum ifisser, li kif imwiegħed, mhux se jibqa’ jsir użu mill-aktar fuel li jħammeġ, il-heavy fuel oil, iżda ser nibdew naħdmu bil-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku li se jfisser arja aktar nadifa speċjalment għan-nies tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

Fi stqarrija, l-Partit Laburista spjega li kieku l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil li llum tant qed tikkritika l-proġett tal-enerġija, meta kellha ċ-ċans għamlet il-pipeline, li llum dan il-Gvern diġa’ beda x-xogħol fuqu permezz tat-testijiet, ma kienx hemm ikun hemm bżonn it-tanker. Dakinhar iżda, il-Gvern Nazzjonalista għażel li nibqgħu naħdmu bil-heavy fuel oil filwaqt li kien hemm min kien qed jieħu l-commissions.

Dan il-Gvern jibqa’ garanzija ta’ arja nadifa u kontijiet orħos. Kontijiet li issa l-poplu u n-negozji draw jirċievu rħas. Il-Partit Laburista fisser kif bil-politika ta’ Simon Busuttil mhux biss nibqgħu bil-heavy fuel oil, sistemi antikwati li nsibu biss f’developing countries, iżda jgħollew il-kontijiet għax Busuttil iridna nkunu ostaġġi tas-sistema ta’ Austin Gatt, bil-kontijiet jgħollew skont il-prezz internazzjonali taż-żejt.

Il-poplu jagħżel arja aktar nadifa u kontijiet orħos.

Aqra aktar: It-tanker tal-LNG fil-Port ta’Marsaxlokk

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend