Telfa f’Wembley – One News

Notifiki

Telfa f’Wembley

F’atmosfera unika b’support bla waqfien mis-supporters Maltin it-tim nazzjonali Malti safa megħlub bl-skor ta’2-0. Fil-ground ta’ Wembley attendew aktar minn 80,000 persuna, b’iktar minn 2,000 minnhom telghu minn Malta. Magħhom ingħaqdu wkoll numru ta’ Maltin li jgħizu l-Ingilterra.

Pero Sa mill-ewwel minuta deher li għall-Maltin il-logħba kienet ser tkun għat-tela’dan hekk kif fl-ewwel taqsima l-Maltin rnexxielhom jaqbżu nofs il-ground b’attakk inqas minn 5 darbiet.

Kien biss wara 19-il minuta li l-Ingliżi għamlu l-ewwel tibdila fejn minflokk BERTRAND daħal ROSE wara li weġġa’ siequ.

L-ewwel azzjoni insidjusa ġiet mit-tim tal-Ingliżi, fejn fil-21 minuta wara ‘cross’ ta’ Jordan Andersson id-daqqa ta’ ras ta’ ALLI ġiet salvata mill-goalkeeper Malti HOGG. Il-Maltin inħasdu hekk kif fl-24 il-captain Ingliż ROONEY għamel daħla kerha fuq il-captain Malti Andre’ Schembri.

F’inqas minn 10 minuti, l-Ingliżi fetħu l-skor darbtejn, hekk kif fit-28 minuta STURRIDGE skurja permezz ta’ daqqa ta’ ras lejn in-naħa ta’ isfel tax-xibka. Kien imbagħad fis-37 minuta li skurja ALLI wara li minn ‘rebound’ ta’ xutt tiegħu stess għeleb lil HOGG

It-tieni taqsima kienet waħda aktar kajmana fejn l-azzjonijiet perikolużi kienu ferm inqas mill-ewwel taqsima. Il-goalkeeper HOGG għal darboħra kien protagonist fejn waqqaf l-Ingilterra milli tkompli żżid il-vantaġġ.

It-tim Malti ta l-ewwel xutt tiegħu fit-80minuta meta minn freekick, id-difensur Andrei Agius impenja lill-goalkeeper Ingliż Hart. Minn hawnhekk deher li Malta ħadu spinta u bdew ikunu aktar insidjusi, izda ma tantx kien fadal ħin biex ikunu aktar perikolużi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend