L-Amerka formalment takkuża lir-Russja b'attakki elettroniċi | One News

Notifiki

L-Amerka formalment takkuża lir-Russja b’attakki elettroniċi

Uffiċjali Amerikani formalment akkużaw lir-Russja b’attakki elettroniċi kontra organizzazzjonijiet politiċi bil-għan li tindaħal fl-elezzjoni Amerikana.

Id-Department of Homeland Security qal li emails iħħekjati riċentament huma konsistenti mal-metodi u l-motivazzjoni ta’ sforzi mmexxija mir-Russja.

Iktar kmieni din is-sena, dawn l-attakki wasslu għal informazzjoni dwar id-diskussjonijiet interni fil-Partit Demokratiku.

Uffiċjali Russi qallu lill-aġenzija tal-aħbarijiet Interfax li dawn l-akkużi kienu bla sens.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend