Il-PN irid iċċaħħad lin-nies mill-verità dwar il-benefiċċji tal-qalba għall-gass – One News

Notifiki

Il-PN irid iċċaħħad lin-nies mill-verità dwar il-benefiċċji tal-qalba għall-gass

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jridx jisma’ l-verità dwar il-qalba għall-gass u jippretendi li għandu jċaħħad lill-familji u n-negozji milli jkunu jafu bil-benefiċċji ta’ din il-bidla pożittiva.

Il-Gvern spjega li kif jixhed l-iscript tar-reklam li qed jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Gvern qed jitkellem biss fuq fatti.

Fosthom, kif il-pjan tal-enerġija se jwassal għal tnaqqis ta’ 50% fl-emissjonijiet, u t-tnaqqis tat-trab fl-arja b’90%. Dawn il-figuri huma kkonfermati mill-istudji tal-esperti li ilhom ippubblikati bħala parti mill-proċess tal-permessi b’rabta mal-impjant il-ġdid li jitħaddem bil-gass.

Il-Gvern fisser li jekk Simon Busuttil jippreferi l-aktar żejt li jniġġes, kif wara kollox ħalla warajh il-gvern preċedenti li kien jagħmel parti minnu, ma jfissirx li hemm kontroversja politika. In-nies iridu informazzjoni korretta u jiddejqu bil-logħob partiġjan, anke fuq suġġetti fattwali li joffru biss benefiċċji.

Il-pjan tal-enerġija mwettaq minn dan il-gvern ifisser kontijiet irħas u arja aktar nadifa. Dawn huma fatti li ebda negattività ma tista’ tmeri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend