Mobile Samsung jisplodi waqt titjira – One News

Notifiki

Mobile Samsung jisplodi waqt titjira

Titjira li telqet minn l-Ajruport ta’ Louisville kellha tiġi kanċellata hekk kif il-mobile Samsung Galaxy Note 7 li kellu passiġġier li kien abbord, sploda.

Il-kumpanija Samsung diġa kellha rapporti oħra li dan it-tip ta’ mobile kien qed jieħu n-nar, filfatt kien irrapurtat li l-istess kumpanija ġabret lura dawn il-mobiles. Il-passiġġier spjega li l-mobile li kellhu kien propju ġdid hekk kif wara li sema’ dwar dawn l-isplużjonijiet, segwa l-proċeduri u ngħata Samsung Galaxy Note 7 ġdid.

Il-passiġġier, Brian Green, spjega li kien fil-mument li tefa l-mobile u poġġih fil-but meta ntebaħ li sploda, hekk kif sema ħoss ta’ splużjoni żgħira u beda ħiereġ id-duħħan mil-ħwejjeġ tiegħu.

Issa l-Kummissjoni għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi qed tinvestigat dawn l-isplużjonijiet tad-ditta Samsung.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend