Kju ta' nies fl-ajruport wara inċident li jinvolvi l-għasafar | One News

Notifiki

Kju ta’ nies fl-ajruport wara inċident li jinvolvi l-għasafar

Qarrejja ta’ one.com.mt bagħtulna ritratti ta’ numru ta’ nies li qed jistennew għat-titjira tagħhom fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, dan wara li hemm dewmien f’numru ta’ titjiriet. Ir-raġuni wara dan id-dewmien huwa ħsara f’wieħed mill-ajruplani tal-Air Malta wara inċident li jinvolvi l-għasafar. L-Air Malta spjegat li l-inġiniera tagħha qed jagħmlu tiswijiet fuq dan l-ajruplan biex ikun jista’ jerġa jibda jopera.

B’konsegwenza ta’ dan l-inċident numru ta’ titjiriet se jittardjaw, fosthom:

KM612/3 Malta-Ruma
KM490/1 Malta-Zurich
KM420/1 Malta-Brussell
KM436/7 Malta-Marseille
KM662/3 Malta-Palermo

Il-linja tal-ajru appellat lil dawk kollha li se jsiefru biex jiċċekjaw is-sit uffiċjali tal-Air Malta għall-ħinijiet tat-titjira tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend