Il-privat se jinvesti €1.6 biljun f'Paceville | One News

Notifiki

Il-privat se jinvesti €1.6 biljun f’Paceville

Il-kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal lill-Kumitat Permanenti tal-Kamra dwar l-ambjent u l-iżvilupp li s-settur privat mistenni li jinvesti €1.6 biljun fir-riġenerazzjoni ta’ Paceville, skond il-masterplan li tħabbar dan l-aħħar.

Is-somma li se joħroġ il-gvern fl-infrastruttura tlaħħaq €300,000.

Is-Sur Buttigieg kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-membri tal-Oppożizzjoni, wara li l-Perit Josph Scalpello ta spjeazzjoni vasta tal-pjan, inkluż id-disa’ siti li ġew identifikati bħala siti ta’ opportunitajiet ta’ żvilupp.

Is-Sur Buttigieg qal li l-pjan huwa suġġett għal għadd ta’ studji u fuq l-art reklamata se jinbnew biss lukandi. Ir-resident – li minn elfejn mistennija jiżdiedu għal 9,300 – se jitjiebilhom il-livell tal-ħajja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend