Għalliema li tgħallem tfal b’diżabilità tagħmel ġest speċjali – One News

Notifiki

Għalliema li tgħallem tfal b’diżabilità tagħmel ġest speċjali

Il-ġurnata tat-tieġ, ġurnata li bla dubju minn etá żgħira kull tfajla toħlom fuqha u meta tasal, l-għarus u l-għarusa jagħmlu minn kollox biex din tkun l-aktar ġurnata speċjali ta’ ħajjithom.

Hekk għamlet, Kinsey French. French hija għalliema b’differenza, hekk kif it-tfal li tgħallem ibagħtu minn xi forma ta’ diżabilità. Dawk viċin ta’ Kinsey, jafu kemm hija ddedikata f’xogħlha u kemm ifissru għaliha dawn l-istudenti, nfatti, l-għarus tagħha Josh, proponiela fil-klassi tal-iskola.disabledkids

Iżda dak li għamlet din l-għalliema, kien ta’ sorpriża kbira għall-ġenituri ta’ dawn iċ-ċkejkin, hekk kif hija ddeċidiet li għat-tieġ tagħha tistieden lil dawn it-tfal kollha, li saħansitra akkumpanjawa hi u dieħla fil-Knisja.

L-għalliema stqarret li meta taħdem ma’ dawn l-istudenti, tibni relazzjoni speċjali, u li ma setgħetx tiżżewweġ mingħajr ma jkunu preżenti huma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend