Antonio Guterres nominat għal Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda | One News

Notifiki

Antonio Guterres nominat għal Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda

Antonio Guterres ġie nominat unaninament biex ikun is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tan-Nazzjonijiet Maqgħuda. L-eks Prim Ministru Portugiż mistenni jkun is-suċċessur ta’ Ban Ki-moon fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Minkejja li f’intervista’ li kien tah aktar qabel, Ban Ki-moon kien qal li jixtieq li jkun hemm mara biex għall-ewwel darba tmexxi n-Nazzjonijiet Maqgħuda huwa iddeskriva l-għażla ta’ Guterres bħala tajba ħafna. Guterres għamel għaxar snin imexxi l-aġenzija għat-tfal fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend