Pulizija jaqilgħu daqqiet ta’ sikkina fi Brussell – One News

Notifiki

Pulizija jaqilgħu daqqiet ta’ sikkina fi Brussell

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija fi Brussell qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’dak li l-Prosekuturi Belġjani qed jgħidu li jista’ jkun attakk terroristiku. Wieħed mill-uffiċjali qala’ daqqiet ta’ sikkina f’għonqu u l-ieħor f’żaqqu, filwaqt li uffiċjal ieħor li wasal fuq is-sit fejn seħħ il-każ, spiċċa b’imnieħru miksur.

L-aggressur ittieħed l-iSptar b’ambulanza wara li kienu sparati tiri f’saqajh. L-awtoritajiet identifikawh bħala Hicham D – Belġjan ta’ tlieta u erbgħin sena. Kelliem għall-uffiċċju federali tal-prosekutur Belġjan qal li għandhom evidenza li turi li dan huwa attakk terroristiku. Attakk li seħħ viċin triq prinċipjali f’reġjun li diġà għandu rabtiet m’attakki terroristiċi. L-istess attakk seħħ sigħat biss wara li kienu evakwati n-nies fl-istazzjon Brussels Nord wara biża ta’ bomba.

Il-Belġju ilu taħt allert massimu mill-attakki fi Brussell f’Marzu li għadda, liema attakki ħallew ħamsa u tletin persuna mejta u aktar minn tliet mija oħra midruba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend