Mara kull sitt xhur inqatlet hawn Malta f'dawn l-aħħar sitt snin | One News

Notifiki

Mara kull sitt xhur inqatlet hawn Malta f’dawn l-aħħar sitt snin

Mill-2010 sa llum kien hemm 12-il każ ta’ qtil ta’ nisa li nafu bihom fil-gżejjer Maltin. Medja ta’ waħda kull sitt xhur. 

Mill-1800 sa’ llum, nafu li nqatlu 137. 40% minn dawn kienu każijiet fejn ir-raġel qatel lil martu.

Din is-sena, f’inqas minn tliet xhur, inqatlu żewġ nisa. L-ewwel Eleanor Mangion Walker f’Lulju u ftit ilu Caroline Magri. Żewġ ommijiet. Żewġ każijiet fejn dawk akkużati bi qtil sofrew problemi mentali, tant li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kellhom jiġu sospiżi. Żewġ każi fejn il-vittma kellha relazzjoni ma’ dak akkużat bil-qtil.

Dan is-servizz qasir joffri stampa ftit iktar ċara.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend