Taħriġ għall-infermiera biex jaqdu d-doveri relatati mal-Emerġenza | One News

Notifiki

Taħriġ għall-infermiera biex jaqdu d-doveri relatati mal-Emerġenza

Wara ħin twil ta’ negozjati, id-Dipartiment tas-Saħħa laħaq qabil mal-MUMN, l-union tal-Infermiera u l-Qwiebel.

Intlaħaq ftehim bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MUMN li wara laqgħa bejniethom, qablu li se jiġu sospiżi d-direttivi fis-seħħ. Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa spjega li t-tali ftehim ġie msejjes fuq il-prinċipji illi n-numru ta’ infermiera fid-Dipartiment tal-Emerġenza jirrifletti x-xogħol delikat f’dan id-Dipartiment.

Il-partijiet qablu wkoll li sa mhux aktar tard minn l-aħħar ta’ dan ix-xahar ser jiġi konkluż t-taħriġ li jwassal għal aktar infermiera mħarrġa b’mod professjonali biex jaqdu d-doveri relatati mal-Emerġenza.

Il-partijiet qablu wkoll li jitwaqqaf working group li jiffoka b’mod partikolari fuq;

i. Programm ta’ taħriġ li jindirizza kemm il-ħtiġijiet preżenti kif ukoll dawk futuri tal-Emerġenza;
ii. Kif l-infermiera ta’ dan id-Dipartiment ikunu f’pożizzjoni li jaqdu d-doveri tagħhom b’mod dejjem aktar effettiv.

Il-partijiet qablu li fi żmien ġimagħtejn jerġgħu jiltaqgħu biex jevalwaw u jissorveljaw il-progress milħuq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend