Pittura unika ta' Mattia Preti għall-wiri b'xejn | One News

Notifiki

Pittura unika ta’ Mattia Preti għall-wiri b’xejn

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici illum attenda għall-ftuh uffiċjali ta’ wiri ta’ pittura ta’ unika ta’ Mattia Preti organizzata minn Heritage Malta.

Heritage Malta xtrat din il-pittura ta’ Mattia Preti, self portrait tal-artist innifsu, għall-prezz ta’ €75,000.

Waqt konferenza stampa fil-Mużew tal-Arkeoloġija, l-Ministru Bonnici qal li dan l-akkwist hu parti mill-ħidma ta’ Heritage Malta, li qiegħeda tkompli tkabbar dejjem aktar il-kollezzjoni  nazzjonali tal-arti. Filfatt, il-Ministru Bonnici spjega li s-sena li għaddiet intefqu madwar €300,000 f’artifatti differenti.

Dan kollu, tenna Bonnici, jinvolvi riċerka intensiva fuq l-artefatti qabel ma’ dawn jiġu akkwistati. Huwa permezz ta’ din ir-riċerka li imbagħad Heritage Malta takkwista dawn l-artefatti u tkun tista’ ttella’ wirjiet bħal dawn.

Bonnici saħaq fuq l-importanza ta’ dawn il-wirjiet artistiċi. Huwa temm jgħid li l-fatt li d-dħul għalihom ikun bla ħlas huwa ta’ importanza kbira għaliex b’hekk il-wirt artistiku nazzjonali ikun aktar aċċessibli għall-poplu Malti u Għawdxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend