L-urugan Matthew mistenni jagħmel ħsara kbira fil-Haiti | One News

Notifiki

L-urugan Matthew mistenni jagħmel ħsara kbira fil-Haiti

Tkompli tikber il-biza tal-isfreġju kbir li jista’ jagħmel l-urugan Matthew fil-Haiti hekk kif dan l-urugan qed joqrob aktar viċin l-art.

Persuna diġa tilfet ħajjitha kawża ta’ dan l-urugan, li huwa mistenni jolqot partijiet tal-Atlantiku.

It-tbassir tat-temp juri kif l-urugan Matthew huwa mistenni jolqot il-Punent tal-Haiti dalgħodu, bil-previżjonijiet jindikaw li r-riħ se jkun akkumpanjat minn xita qawwija.

Il-Haiti mhuwiex ippreparat għal dawn il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp hekk kif huwa wieħed mill-aktar pajjiżi fqar madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend