Jaqa' ċ-ċpar f'bosta lokalitajiet | One News

Notifiki

Jaqa’ ċ-ċpar f’bosta lokalitajiet

Dalgħodu stenbaħna b’temp imċajpar, b’ċertu postijiet fil-gżejjer Maltin bilkemm jingħarfu kawża ta’ ċpar li niżel kmieni filgħodu.

F’każ ta’ ċpar wieħed dejjem għandu jsuq bil-galbu hekk kif it-toroq ikunu aktar jiżolqu. Illum it-temperatura mistennija tilħaq it- 29 grad celcius filwaqt li l-umdità hija ta’ 96%.

Illum u għada huma l-aħħar ġranet matul din il-ġimgħa li se jkollna temperatura għolja, hekk kif mill-Ħamis, it-temperatura se tinżel għal 25 grad celcius filwaqt li se jkollna temp tax-xita.

Minkejja li x-xemx bħal donna staħbiet dalgħodu, matul il-ġurnata mistenni jkollna temp xemxi bir-raġġi UV se jlaħħaq 6.

screen-shot-2016-10-04-at-08-29-21

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend