Ialta u Jack ingħataw iċ-ċertifikat ta' klieb tas-servizz | One News

Notifiki

Ialta u Jack ingħataw iċ-ċertifikat ta’ klieb tas-servizz

Waqt iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni organizzata mill-Malta Service Dogs Foundation, Ialta u Jack ingħataw iċ-ċertifikat ta’ klieb tas-servizz, wara xhur sħaħ ta’ taħriġ.

Is-Sur Joseph Stafrace f’isem il-Fondazzjoni esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-eżitu tat-taħriġ ta’ dawn il-klieb u fisser kemm l-irwol tagħhom huwa importanti fil-ħajja ta’ min għandu kelb-gwida. Huwa spjega li t-taħriġ kien intensiv u rringrazzja lit-trainers kollha kif ukoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribwew għal dan is-suċċess.

Waqt id-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari ferħet u rringrazzjat lill-Fondazzjoni tax-xogħol kollu li tagħmel u qalet li s-servizz li jagħtu dawn il-klieb se jkun strumentali biex il-persuni li jibbenefikaw mis-servizzi tagħhom jgħixu mhux biss ħajja iktar kwalitattiva iżda wkoll ħajja iktar sigura. Dr Caruana żiedet li fejn qabel il-klieb-gwida kienu jiġu assoċjati mal-persuni neqsin mid-dawl, illum it-taħriġ u s-servizz ġew estiżi għal aktar kundizzjonijiet, fosthom in-nuqqas ta’ smigħ, l-awtiżmu u saħansitra d-dijabete.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend