Southgate jiftakar il-logħba kontra Malta … u li kienet diffiċli | One News

Notifiki

Southgate jiftakar il-logħba kontra Malta … u li kienet diffiċli

 

Gareth Southgate, il-manager temporanju tat-tim Ingliż, qal li xi ħadd fakkru dan l-aħħar fil-logħba li saret l-aħħar bejn l-Ingilterra kontra Malta sittax-il sena. Waqt l-ewwel konferenza stampa bhala manager tal-Ingliżi wara li tneħħa Sam Allardyce, Southgate qal li jiftakar li l-logħba kontra Malta kienet diffiċli u allura qed jistenna li din id-darba se tkun iktar diffiċli milli jaħseb kulħadd.

Mistoqsi dwar il-formazzjoni tal-Ingilterra kontra Malta huwa qal li mhux se jagħti informazzjoni żejda lill-avversarji (f’dan il-każ Malta). Meta mistoqsi dwar jekk hux se jilgħab lil Wayne Rooney il-manager tal-Ingilterra qal li ma riedx jikkummenta iżda l-fatt li huwa captain tat-tim nazzonali huwa indikattiv u żied jgħid li Rooney huwa leader.

Il-football Ingliż, b’mod partikolari n-nazzjonal, jinsab taħt xokk wara li Sam Allardyce nqabad minn ġurnalisti jitkellem dwar modi kif iduru mar-regoli tal-FA Ingliża biex jiġu reġistrati players barranin ma’ clubs Ingliżi kif ukoll aċċetta li jindirizza xi attivitajiet fis-Sud Afrika għal somma ta’ 400,000 lira Sterlina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend