Ghedin aktar ottimist issa li Lallana barra | One News

Notifiki

Ghedin aktar ottimist issa li Lallana barra

The Sun online jikkowta lill-kowċ Malti Pietro Ghedin jgħid li Malta għandha spinta kbira wara li l-Ingilterra tilfu wieħed mill-aħjar players tagħhom. Adam Lallana huwa eskluż mill-logħoba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, minħabba li weġġa’ waqt il-logħba Liverpool-Swansea li spiċċat bi skor ta’ 2-1 fil-Premier League.

Waqt il-logħba nhar is-Sibt li għadda, Lallana spiċċa’  midrub fil-groin. Ghedin iħares lejn Lallana bħala l-ikbar sfida – “it-team Ingliż għandu ħafna players tajbin imma Lallana b’mod speċjali. Jgħoġobni, tjieb ħafna fil-mod kif jilgħab” kien kwotat jgħid minn The Sun. “Huwa player intelliġenti, issibu fil-pożizzjonijiet tajba, għandu ħin tajjeb ħafna”.

screen-shot-2016-10-03-at-12-48-52

Mistoqsi dwar Sam Allardyce, sa ftit ilu kowċ tat-tim Ingliż li kellu jirriżenja wara allegazzjonijiet ta’ imġieba skorretta, Ghedin qal “Jiddispjaċini għalih. Imma jekk tagħmel l-iżbalji, kultant ikollok tħallas għalihom. Dik hi l-ħajja”.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend