Sa Marzu mistennija jibdew it-triq biex joħorġu | One News

Notifiki

Sa Marzu mistennija jibdew it-triq biex joħorġu

Sa Marzu li ġej il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May mistennija tiskatta l-proċess sabiex pajjiżha formalment joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Hija kkonfermat dan hekk kif il-Partit Konservattiv li tmexxi hi qed ilaqqa’ l-Konferenza Ġenerali Annwali tiegħu.
B’hekk ir-Renju Unit mistenni japplika dak magħruf bħala Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona waqt li Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Theresa May kienet sostniet li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ifisser ukoll li l-liġijiet Ewropej jitneħħew mill-Kostituzzjoni Brittanika.

Filfatt sa mill-1972 fejn kien jinħoloq kunflitt bejn il-liġijiet tal-pajjiż u dawk Ewropej, il-liġijiet Ewropej kienu supremi. Issa dan ix-xenarju se jinbidel u kollox se jiġi regolat mill-liġijiet mgħoddija minn Westminister. Sadanittant fuq il-BBC, uffiċjal għoli tal-Partit Konservattiv Ingliż sostna li n-negozjati li r-Renju Unit se jkollu mal-Unjoni Ewropea se jkunu wara l-bibien magħluqa.

“Naturalment ma tantx jistgħu jiġu żvelati dettalji qabel ma jintlaħaq ftehim dwar x’tip ta’ relazzjonijiet se jkun hemm bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea”, temm jgħid iċ-Chairman tal-Partit Konservattiv Ingliż.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend