Il-filmati jixhdu s-suċċess tan-Notte Bianca | One News

Notifiki

Il-filmati jixhdu s-suċċess tan-Notte Bianca

Is-Sibt favorit tal-Belt seħħ bi kbir din is-sena. Għalkemm it-temp seta’ beżża xi ftit lill-organizzaturi li tant ħadmu b’dedikazzjoni, il-ħdax –il edizzjoni tan-Notte Bianca reġgħet kienet suċċess. Irnexxa bis-sħiħ ukoll l-esperiment li l-avveniment ikun estiż għall-ewwel darba fil-Kottonera.

Is-suċċess tal-ħdax –il edizzjoni tan-Notte Bianca kien rifless fil-konkorrenza tas-70,000 ruħ li żaru l-belt kapitali Maltija, li offriet l-aqwa repertorji għall-kultura; bl-attività rat il-bidu tagħha billi ħadet lil dawk preżenti lura fi żmien il-Kavallieri.

In-Notte Bianca issa saret parti mill-kalendarju kulturali Malti. Kull sena Maltin u barranin ta’ kull età jżuru l-belt kapitali biex igawdu mill-atmosfera unika maħluqa mill-kreattività enerġetika tal-għexieren attivitajiet artistiċi, il-ġemgħat tan-nies minn kull fazzjoni tal-ħajja, l-għaqda permezz tal-gastronomija u ovvjament l-istorja u l-wirt rikk tal-Belt. L-approċċ ħolistiku tal-festival lejn l-arti u l-kultura jpoġġi lill-Belt u l-attributi singulari taħt il-lenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend