Ta’ erbatax-il sena: Vittma ta’ abbuż sesswali meta kienet fi triqta lejn l-iskola – One News

Notifiki

Ta’ erbatax-il sena: Vittma ta’ abbuż sesswali meta kienet fi triqta lejn l-iskola

Tfajla ta’ erbatax il-sena kienet fi triqta lejn l-iskola meta sfat aggredita minn irġiel li kienu f’karozza.

Din it-tfajla li kienet fi triqta lejn l-iskola, spiċċat vittma ta’ abbuż sesswali meta żewġ irġiel li kienu qed isuqu karozza f’Oxford Street, l-Ingilterra ġibdu lit-tfajla fil-karozza.

Ftit sigħat wara, it-tfajla nstabet mil ‘il bogħod minn Oxford Street tħabbat il-bibien tad-djar bi dmugħ f’għajneja bit-tama li ssib id ta’ għajnuna.

Is-supretendent Chris Ward spjega li huwa maħsub li dan l-attakk ma kienx pjanat u jemmen li t-tfajla qatt ma rat lil dawn l-irġiel qabel. Il-Pulizija żiedu s-sigurtá f’din iż-żona filwaqt li appellaw lill-ġenituri biex ma jħallux lit-tfal imorru l-iskola waħedhom. Huma spjegaw li dan il-każ seħħ fid-dawl tax-xemx u f’żona mfittxija ħafna minn-nies.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend