Kontroversja dwar monument | One News

Notifiki

Kontroversja dwar monument

Il-famuż monument ta’ Ħal Luqa kien qajjem ħafna kontroversja f’pajjiżna, issa fi Trafalgar Square f’Londra, hemm xi ħaġa simili tiegħu.

Dan hekk kif l-iskultura bl-isem Really Good kienet żvelata bħala l-ħdax-il biċċa tal-arti li se tkun esebita b’mod temporanju fuq dak imsejjaħ il-Fourth Plinth. L-artist ta’ tmienja u erbgħin sena David Shrigley, imwieled f’Macclesfield u jgħix f’Brighton, qal li l-iskop tal-istruttura huwa li tagħmel lid-dinja post aħjar.

Is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan qal li l-biċċa tal-arti tirrappreżenta l-ottimiżmu, il-pożittivita u l-aħjar tagħna. Sostna li b’mod partikolari wara l-vot ta’ Brexit, l-iskultura turi li Londra hija miftuħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend