Jiskopri t-talent tal-arti waħdu | One News

Notifiki

Jiskopri t-talent tal-arti waħdu

Kyle Duca, żgħażugħ ta’ 24 sena magħruf ma’ bosta għat-tpinġijiet li jagħmel li fil-maġġoranza tagħhom jkunu ta’ plejers tal-futbol. Iżda ħadd ma jkun irid jemmen lil dan iż-żgħażugħ meta jgħidilhom li hu qatt ma ħa lezzjonijiet tal-arti.

Fil-kummenti tiegħu, Kyle qalilna li dan il-passatemp jieħu ħafna ħin u li dan id-delizzju jeħtieġ konsistenza u prattika kontinwa u li huwa hekk biss li artist jista’ jimxi ‘l quddiem.

“Ilni npenġi prattikament mit-tfulija, tgħallimt npenġi waħdi u nsegwi artisti stabbiliti barranin biex nitgħallem aktar dwar it-teknika u l-apparat li jintuża f’dan id-delizzju.”

It-talent ta’ dan l-artist Malti ġie rikonoxxut anke mill-plejers stess, hekk kif il-plejer Paulo Dybala saħansitra ffirma l-pittura tiegħu stess. Iżda mhux biss, bosta mit-tpinġijiet tiegħu tpoġġew ukoll fuq il-paġna uffiċjali tas-Serie A.

Huwa xtaq iwassal messaġġ għal żgħażagħ oħra li għandhom dan it-talent “Xejn ma jiġi b’xejn, trid taħdem u tistinka sabiex tilħaq il-miri tiegħek, awtomatikament trabbi ċertu sens ta’ dixxiplina li jġiegħlek taspira għal objettivi akbar, u eventwalment tattira l-interess fuqek.”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend