“ŻBALL” – Obama jgħid li nħoloq preċedent perikoluż – One News

Notifiki

“ŻBALL” – Obama jgħid li nħoloq preċedent perikoluż

Il-President Amerikan Barack Obama qal li l-Kungress għamel “żball” meta imbotta liġi li tippermetti li tittieħed azzjoni legali kontra l-Għarabja Sawdija wara l-attakki tal-ħdax ta’ Settembru. Qal li din il-liġi toħloq preċedent perikoluż għal individwi biex jieħdu passi kontra l-Gvern tal-Għarabja Sawdija.

Permezz ta’ vot li ttieħed lbieraħ, għall-ewwel darba fl-istorja, ir-rieda ta’ Obama u l-veto impost minnu kinux dawk approvati mill-Kungress.

Id-direttur tal-forzi tas-sigurtà John Brennan qed jgħid li dan għandu implikazzjonijiet serji. Dik li qed jissejjaħ JASTA (Justice Against Sponsors of Terrorism) qed tagħti kull opportunità biex vittmi ta’ dawk li mietu jieħdu passi kontra kawunkwe membru mill-Gvern tas-Sawdi.  Ħmistax mid-dsatax-il hijacker fuq l-ajruplani li daħlu fit-twin towers  kienu mill-Għarabja Sawdita, iżda dan il-pajjiż, alleat importanti tal-Istati Uniti, qed jiċħad l-involviment tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend