Se jkollok avukat BI DRITT waqt l-arrest | One News

Notifiki

Se jkollok avukat BI DRITT waqt l-arrest

Persuna arrestata se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

Persuna suspettata għandha tkun informata dwar ir-raġuni għalfejn se tkun interrogata, filwaqt li tikkomunika fil-privat mal-avukat tal-għażla tagħha, anke qabel l-interrogazzjoni mill-Pulizija. L-avukat għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni, u jista’ wkoll jagħmel il-mistoqsijiet wara l-interogazzjoni.

Dan tħabbar illum wara li kien ippubblikat abbozz ta’ liġi li jsaħħaħ id-dritt ta’aċċess għal avukat privat fl-iktar mumenti fejn persuna tkun vulnerabbli.

L-abbozz ta’ liġi  tressaq mill-Ministru Owen Bonnici bil-għan li tiġi implimentata direttiva Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat f’proċeduri kriminali u f’dawk ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Uħud mill-provizjonijiet diġa’ huma parti mill-liġi Maltija iżda permezz ta’ dan l-abbozz ta’ liġi ġdid, se jkunu qegħdin jissaħħu.

L-Avukat Ġenerali Peter Grech qal li dan mistenni jkun l-ewwel abbozz li se jkun dibattut hekk kif jiftaħ il-Parlament -professjonisti jistgħu jagħtu ħarsa lejn l-abbozz u jgħaddu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

Tista’ tara l-abbozz hawn.

COURTS-OF-JUSTICE-MLT-2016-september
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend