Ara l-mara rieqda b'xejn, u aktar! | One News

Notifiki

Ara l-mara rieqda b’xejn, u aktar!

Waqt Science in the City, Heritage Malta se terġa’ tiftaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u d-dħul se jkun b’xejn.

Science in the City se ssir fit-20 ta’ Settembru u l-Mużew se jiftaħ b’xejn bejn is-19.00 u l-23.00. Se jsiru wkoll numru ta’ attivitajiet:

Fis-19.00 u fit-20.00

Konservazzjonisti tal-pitturi ta’ Heritage Malta se juru kif ‘jibnu’ mill-ġdid partijiet nieqsa minn pittura. Din is-sessjoni se tkun miftuħa għat-tfal.

Fid-21.00 u fl-22.00

Il-pubbliku se jkun jista’ josserva aktar mill-viċin il-proċess ta’ restawr li jsir fuq sejbiet arkeoloġiċi. Dan il-proċess se jiġi spjegat u esebit lill-pubbliku minn konservazzjonisti ta’ Heritage Malta.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija jinsab fil-Berġa ta’ Provence u jospita esebiti uniċi bħall-Mara r-Rieqda, il-Venus ta’ Malta u l-pendenti Horus u Anubis. Dan il-mużew jispjega fid-dettal il-preistorja u ċ-ċivilizzazzjoni bikrija f’Malta u jpoġġi wkoll fil-kuntest is-siti arekoloġiċi ta’ Malta.

 Iktar tagħrif dwar Heritage Malta u l-avvenimenti organizzati minn din l-aġenzija jinkiseb mill-website, www.heritagemalta.org, jew minn fuq il-paġna ta’ Facebook.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend