Tkompli ż-żjara tad-Duka u d-Dukessa fil-Kanada – One News

Notifiki

Tkompli ż-żjara tad-Duka u d-Dukessa fil-Kanada

Il-Prinċep William u martu Kate żaru ċentru għar-refuġjati fil-Kanada. Dan bħala parti miż-żjara statali li qed jagħmlu fil-pajjiż.

Huma kienu akkumpanjati mill-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau. Hawnhekk iltaqgħu m’għadd ta’ refuġjati Sirjani li qasmu maż-żewġ membri tal-familja Rjali Ingliża l-esperjenzi tagħhom.

Din iż-żjara kienet segwita minn żjara li saret f’post fejn jgħixu ommijiet vulnerabbli. Hawnhekk id-dukessa u d-duka ta’ Cambridge kienet milqugħa minn waħda mill-ommijiet li akkumpanjata mit-tifla tagħha tat rigal lil-Prinċep George.

Huma kellhom iċ-ċans jitkellmu mal-ommijiet li spjegaw l-isfidi li ltaqgħu magħhom, minn xiex kellhom jgħaddu sakemm sabu kenn f’dan il-post.

Wara, id-duka ta’ Cambridge żar il-Gwardja Kostali fejn osserva l-ħidma tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend