Tfajla ta’ 17-il sena akkużata bi qtil – One News

Tfajla ta’ 17-il sena akkużata bi qtil

Il-Pulizija sabu tfajla ta’ 17-il sena li kienet irrapurtata nieqsa wara sejba ta’ tlett katavri fid-dar li kienet tgħidx f’Kalifornja.

B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija arrestat ukoll ġuvni ta’ 21 sena minn Fort Irwin kif ukoll raġel ieħor ta’ 25 sena minn Sun Valley. Huma qed jiġu akkużati bi qtil. Il-Pulizija spjegat li t-tfajla ta’ 17-il sena qed taffaċja ukoll l-istess akkużi.

Kelliem għall-Pulizija spjega li huma sabu tlett katavri f’dar f’Los Angeles wara li tifel ċempel lill-Pulizija u qalilhom li l-ġenituri tiegħu kienu mietu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *