Fil-programm Pjazza li xxandar illejla fuq ONE l-eks kandidat Nazzjonalista, Ian Castaldi Paris, żvela kif persuni qrib il-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, huma involuti f’entitajiet li f’dawn l-aħħar snin gidmu mhux ftit l-interess taċ-ċittadini u l-Partit Nazzjonalista ma ħa ebda passi dwarhom.
Castaldi Paris żvela kif l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Joe Saliba ħadem għall-wieħed mill-ikbar operaturi tal-fish farms, filwaqt li l-kuntratt tat-tarzna ta’ Palumbo, li dwarha jilmentaw ħafna n-nies tan-nofsinhar iffirmatu l-President tal-Eżekuttiv Ann fenech. Intant, direttur tal-MIDI, li għal snin twal żammet magħluq Manoel Island, hemm Arthur Galea Salamone li jindirizza l-mass meetings tal-Partit Nazzjonalista.