Il-PN u Marlene Farrugia b’mozzjoni dwar proposta tal-PM – One News

Notifiki

Il-PN u Marlene Farrugia b’mozzjoni dwar proposta tal-PM

Il-Partit Nazzjonalista u d-deputat indipendenti, Marlene Farrugia, resqu mozzjoni flimkien dwar il-proposta li żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali.

Dan l-għada li ħarġet l-aħbar li huwa maħsub li titnieda konsultazzjoni dwarha u iktar minn sena wara li l-Prim Ministru kien għamilha ċara li l-pass li jmiss kienet l-elezzjoni ġenerali. Mill-mozzjoni jirriżulta li l-Partit Nazzjonalista u Farrugia qegħdin jaqblu ma’ dan il-ħsieb.

B’hekk jidher li qabdet sew id-diskussjoni dwar l-estensjoni ta’ dan id-dritt ċivili li fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali ngħata għall-ewwel darba lill-adolexxenti ta’ 16-il sena kif wiegħed Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend