Ħidma bl-għan li jiskopru ħajja extraterrestrijali – One News

Notifiki

Ħidma bl-għan li jiskopru ħajja extraterrestrijali

Ilbieraħ, iċ-Ċina bdiet tuża l-ikbar teleskopju tar-raġġi tar-radju biex tgħarrex is-smewwiet u tissemma sinjali għall-possibilta ta’ ħajja extraterrestrijali.

F’wied iċċirkondat minn għoljiet fil-provinċja Guizhou, il-FAST, fil-qosor għal Five-hundred-meter Aperture Spherical Telescope, ikejjel ħames mitt metru fid-dijametru.

Il-kobor ta’ dan it-teleskopju iġieb fix-xejn l-Arecibo Observatory f’Puerto Rico, li huwa tlett mija u ħames metru fid-dijametru u kellu t-titlu tal-ikbar teleskopju.

It-teleskopju FAST dam ħames snin biex inbena, sewa mija u tmenin miljun dollaru u għandu erbat elef erba mija u ħamsin panella kbar ħdax-il metru.

Esperti tal-astronomija se jużaw it-teleskopju biex jeżaminaw il-Milky Way u galassji oħra, jiskopru ħsejjes baxxi ħafna u jissemmgħu għal sinjali li jistgħu ikunu ġejjin minn ċiviltajiet extraterrestrijali.

Meta l-bini tat-teleskopju kien tlesta f’Lulju, Peng Bo, min-National Astronomical Observatories, qal li l-potenzjal ta’ FAST li jiskopri ċiviltajiet aljeni huwa bejn ħames u għaxar darbiet aktar mill-apparat kurrenti, hekk kif jista jara pjaneti iktar ‘il bogħod u iktar imdallmin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend