Aħbar tajba għal min iħobb Snapchat – One News

Aħbar tajba għal min iħobb Snapchat

Min iħobb juża Snapchat, se jieħu gost jaqra l-aħbar li dawn ħarġu bl-ewwel gadget tagħhom – nuċċali tax-xemx b’camera fih, bl-isem ta’ Spectacles. Il-prodott se jkun fis-suq Amerikan aktar tard din is-sena, u se jkun jiswa $130 (madwar €115).

Dan in-nuċċali kapaċi jiġbed tletin sekonda filmat wara l-ieħor, biex meta tkun tixtieq iżżomm memorja, tkun tista’ terġa’ tgħixha f’aktar dettall. Dejjem tista’ iżżomm il-mobile u tieħu filmati bih, iżda li tilbes nuċċali tippermettilek tara kollox mill-ġdid daqs li kieku minn għajnejk stess.

Isem Snapchat se jinbidel ukoll, biex jirrifletti firxa aktar wiesa ta’ servizzi li se joffru – u jsir Snap Inc.

screen-shot-2016-09-26-at-10-16-06

screen-shot-2016-09-26-at-10-28-55

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *