L-ewwel arrestat għax offenda lill-Alla, imbagħad maqtul – One News

Notifiki

L-ewwel arrestat għax offenda lill-Alla, imbagħad maqtul

Kittieb u l-moħħ wara stampi satiriċi mill-Ġordan inqatel wara li kien mixli li offenda l-Iżlam. Dan għaliex xerred cartoon ta’ natura satirika fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Nahid Hattar, li huwa Kristjan, inqatel bi tliet tiri barra l-belt kapitali Amman, fejn kien qiegħed jinstema’  l-każ tiegħu.

Il-qattiel ta’ Hattar, li sparalu barra l-binja tal-Qorti, kien arrestat u l-Pulizija qed tinvestiga. Huwa kien arrestat f’Awwissu li għadda u nżamm għal ħmistax-il ġurnata, akkużat li insulta lill-Alla.

Il-cartoon juri raġel bid-daqna, suppost Ġiħadista, ipejjep fis-sodda ma’ żewġ nisa, jitlob lill-Alla iġiblu xi ħaġa x’jixrob.

screen-shot-2016-09-25-at-15-16-25

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Imbgħad tippretendu li dawn nintegrawhom magħna?
    Laqas jekk jiġi min jiġi għax kollha jridu jdabbru rashom lura lejn pajjiżhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend