Il-PN u Busuttil jgħaddu biż-żmien lill-partitarji tagħhom – One News

Notifiki

Il-PN u Busuttil jgħaddu biż-żmien lill-partitarji tagħhom

 

Busuttil ma jafx x’inhi onestà. L-onestà għandha tibda l-ewwel ġewwa darek imbagħad għandhek titkellem dwarha.  Li Busuttil m’huwiex onest mal-partitarji tiegħu stess qedha tweġġa ħafna lil attivisti tal-PN. Qegħdin jindunaw li Busuttil donnu qed jipprova idaħħalhom tama’ ġdida u jurihom li forsi hemm xaqq ta’ dawl li l-PN ikun fil-Gvern, kull meta Busuttil u l-klikka tiegħu jindunaw li l-pożizzjoni tagħhom fil-Partit hija dgħajfa.

Busuttil qal li Settembru huwa x-xahar tal-PN iżda b’dan l-aġir tiegħu stess x-xahar ta’ Settembru ser jibqa’ mfakkar għax-xahar fejn Busuttil u l-Partit tiegħu jgħaddu minn għajn il-labra lil kull attivist tal-PN.

Is-serjeta’ titlob ħafna iktar minn hekk.  Busuttil qed jiġi f’ħalq u f’ilsien il-partitarji tiegħu stess li qegħdin jindunaw li dan m’huwiex kap serju u jittamaw biss li warajh ikun hemm wieħed li forsi jista’ jurihom xaqq ta’ dawl.

Busuttil qieghed jalludi ruħu u joħlom li xahrejn oħra ser tiġi elezzjoni ġenerali. Qiegħed jgħidilhom li sema ħafna għajdut li f’Novembru li ġej ġejja elezzjoni ġenerali.  Jaħasra u povra partitarji li qed imorru fuq il-Fosos tal-Floriana jisimghu l-ħmerijiet u l-imbarazz.  Iżda Novembru jgħamel ħafna sens għal Busuttil.  Hekk kif jasal Novembru u l-partitarji sejrin jindunaw li l-anqas xamma ta’ elezzjoni ma hawn, jidħlu l-festi tal-Milied u għalhekk l-ewwel okkażjoni li jkollu Busuttil mal-partitarji ikunu f’Jannar fejn żgur li l-kantaliena li jaqbad f’Jannar tkun li issa l-elezzjoni tkun wasslet.  Tant kemm m’għandux postu ċert bħala kap li lanqas jissogra li jitkellem mal-partitarji tiegħu dwar avvenimenti aktar minn xahrejn bogħod, għax jibqa li jqabbuh il-barra.  Kif jgħid il-Malti, Busuttil qed jistenna biss li jekk ma johroġx mil-bieb ser joħroġ mit-tieqa. Hija biss kwistjoni ta’ xhur.

L-attendenza għal attivitajiet tal-PN qegħdin dejjem u dejjem imorru mill-ħażin għall-agħar. Minkejja li hemm sforz qawwi biex iħeġġu lin-nies jattendu, dan jidher li minn widna jidħol u mill-oħra qed joħroġ. Din hija s-sitwazzjoni li jinsab fiha il-PN illum. Sitwazzjoni frott ta’ riżultati ta’ għażliet żbaljati u għebusija tar-ras.

Min-naħa l-oħra ta’ min wieħed jgħid li meta Gvern ikun miexi fid-direzzjoni t-tajba n-nies jattendu u l-folol jinġabru.  L-attivitajiet ta’ dan il-Gvern jitkellmu waħedhom u l-attendenzi ikunu numerużi.  Dan huwa l-mod kif il-Poplu Malti iwieġheb u juri l-apprezzament tiegħu għal mod ta’ kif wieħed ikun qed jiggverna. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti qegħdha dejjem u dejjem tkun waħda faċli biex wieħed jidentifika liema huwa l-partit li jaf jiggverna u bejn dak il-partit li meta kien fil-gvern ħadem biss għall-butu.

Is-suċċessi kbar li qed jikseb dan il-Gvern apparti s-serjeta ta’ tmexxija huma wkoll riżultati ta’ viżjoni ċara għal pajjiżna. Huma wkoll riżultati ta’ min irid verament li pajjiżna jirnexxi. Huma riżultati ta’ Gvern li qed jisma u jħoss dak li jrid il-Poplu.  Dan kien pajjiż fejn fl-amministrazzjoni preċedenti, kien hawn ħajt kbir jifred il-gvern u l-poplu. It-tnejn ma kienux qed jimxu id’ f’id iżda l-Gvern kien b’deciżjonijiet tiegħu joqros lil Poplu Malti u saħansittra iweġġghu l-familji Maltin b’dawn id-deciżjonijiet.

X’differenza illum. Għandna Gvern jisma għas-sejħa tal-Poplu. Gvern li għandu xewqa kbira li jarana lkoll nirnexxu. Gvern li jrid isarraf il-vot li tah il-Poplu Malti f’ġid kbir għalina u għal pajjiżna. Gvern li qatt m’huwa kuntent biżżejjed b’dak li ġab għal pajjiżna f’dawn it-tlett snin u ftit, iżda Gvern li irid jibqa miexi b’dan ir-ritmu ta’ suċċess sa’ l-aħħar ġurnata tal-mandat tiegħu.

B’wiċċi minn quddiem għalhekk ngħid li l-elezzjoni tiġi f’ħinha u f’waqtha u tintrebaħ b’voti tal-Maltin li għandhom s-sens li jivvotaw għal dak il-Partit li lilhom jimlihom b’kuraġġ u joħloqilhom ix-xogħol.

Tintrebaħ minn dak il-Partit li joffri serħan il-moħħ għal kull min irid jirnexxi u tintrebah minn dak il-partit li ta’ vuċi lil min ma kellux u jkun spalla għal min irid li f’ħajjtu jilħaq il-miri tiegħu. Tintrebah wara kollox minn dak il-Partit li fil-Gvern jaħdem għalina lkoll u mhux għan-nofs pajjiż.  Dak il-Partit li llum jissejjaħ il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend