Dan il-Gvern ma jieħux lezzjonijiet minn min iqis il-faqar bħala perċezzjoni – One News

Notifiki

Dan il-Gvern ma jieħux lezzjonijiet minn min iqis il-faqar bħala perċezzjoni

Li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma qabadx art fuq l-ekonomija hija evidenti, qal il-Partit Laburista fi stqarrija.  Iżda li Simon Busuttil ma jafx jaqra statistika li ħarġet dwar il-faqar u li fiha huwa ċar kif il-faqar naqas għat-tieni darba konsekuttiva taħt dan il-Gvern, turi li Simon Busuttil simply doesn’t get it.

Fuq kollox turi kemm huwa bitter, li ma jiflaħx jara dan it-tnaqqis.

Gvern Nazzjonalista preċedenti kien iddikjara li sas-sena 2020 kien se jnaqqas il-faqar b’6,500, iżda mhux talli ma naqqsux, talli żiedu b’18,000. Min-naħa l-oħra, dan il-Gvern naqqas il-faqar b’5,000 fl-ewwel sentejn tiegħu. Dan kien possibli għax hawn Gvern li jiddeċiedi. Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-familji Maltin u Għawdxin, neħħa t-taxxa fuq il-minimum wage, qed jagħti l-in-work benefit u daħħal iċ-childcare b’xejn, fost mizuri oħra.

Filwaqt li dan il-Gvern se jkompli jaħdem għax fadal xi jsir li hu zgur li mhux se jkun qed jieħu lezzjonijiet mingħand min iqis il-faqar bħala perċezzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend