Tal-Google waslu Malta! – One News

Notifiki

Tal-Google waslu Malta!

‘Street view cars’ jaslu f’Malta, wara li l-kumpanija Google ħabbret li se tibda topera dawn it-tip ta’ karozzi fit-toroq Maltin. Kif jidher tajjeb f’dan ir-ritratt – dawn il-vetturi tal-kumpanija Google jinsabu f’pajjiżna u huma l-bosta li bdew jsaqsu x’inhu l-użu tagħhom.

X’tagħmel din il-karozza?

‘Street view car’ tista’ tieħu ritratti ‘360 degrees’ ta’ ħafna postijiet madwar il-gżejjer Maltin – fosthom postijiet ta’ patrimonju nazzjonali u attrazzjonijiet turistiċi.

X’nafu dwarha?

‘Street View’ huwa servizz popolarissimu ta’ Google Maps, imniedi f’Mejju 2007, li huwa provdut b’77 pajjiż madwar id-dinja. Jippermetti lil min jużaħ jesplora t-toroq b’mod virtwali u jagħti ħarsa lejn il-pajjiż b’mod panoramiku.

Google se tibda ssuq dawn il-karozzi fil-Belt Valletta fil-bidu, imbagħad tmur bi bliet u rħula oħra. Dan f’operazzjoni li se ddum sal-aħħar ta’ Ottubru. Ħafna mir-rotta tiddependi fuq it-temp u jekk ikunx hemm toroq magħluqa.

Wara li jittieħdu ritratti, dawn iridu jitqiegħdu flimkien b’mod diġitali; proċess li jdum xhur.

Ritratt: Martina Zammit

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend