Sentenza sospiża wara li għadda kelma żejda fuq it-tfajla – One News

Notifiki

Sentenza sospiża wara li għadda kelma żejda fuq it-tfajla

Ir-rabja għal kumment li għadda sieħbu fuq it-tfajla tiegħu ħallew lill-Olandiż Youri Kai Smit b’ sentenza sospiża ta’ tnax-il xahar ħabs.

Smit, ta’ 24 sena kien akkużat quddiem il-qrati li fil-31 ta’ Lulju fit-tlieta u nofs ta’ filgħodu weġġa’ b’mod serju lill-Anthony Joma Rood tant li spiċċa l-isptar wara li dan tal-aħħar għaddielu kumment dwar it-tfajla.

Għall-ewwel Smit wieġeb mhux ħati iżda ammetta l-akkużi miġjuba kontrih sitt ġimgħat wara fl-ewwel sessjoni tal-każ wara li ntemmet il-kumpilazzjoni tal-evidenza mill-prosekutur. Din l-ammissjoni ħadmet favurih meta l-maġistrat Aaron Bugeja ġie biex jagħti s-sentenza tiegħu.

Il-Maġistrat innota li l-akkużat kien ipprovokat bil-kummenti li saru mill-vittma, għaldaqstant illimita il-piena għal sentenza sospiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend