Passi kontra Jim Carrey: jingħad li kiseb ħafna pilloli li qatlu lill-eks għarusa tiegħu – One News

Notifiki

Passi kontra Jim Carrey: jingħad li kiseb ħafna pilloli li qatlu lill-eks għarusa tiegħu

Ittieħdu passi legali fil-konfront tal-attur Jim Carrey, akkużat li kiseb drogi taħt l-isem falz għall-eks għarusa tiegħu, Cathriona White. Din tal-aħħar mietet b’overdose is-sena li għaddiet, wara li belgħat ammont kbir ta’ pilloli. Hija kellha tletin sena, kienet mill-Irlanda.

Mark Burton, l-eks raġel ta’ Cathriona, qed jinsisti li l-attur uża l-ġid kbir tiegħu biex jottjeni mediċina b’mod illegali, liema mediċina ssoltu ġġibha biss b’kitba tat-tabib.

Jim Carrey huwa akkużat li prova jaħbi l-involviment tiegħu fil-mewt ta’ Cathriona. L-attur għadu ma kkummentax.

screen-shot-2016-09-20-at-09-01-55

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend