Ma jistgħux jużaw aktar tazzi u platti tal-plastik – One News

Notifiki

Ma jistgħux jużaw aktar tazzi u platti tal-plastik

Franza huwa l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa l-użu ta’ tazzi u platti tal-plastik. Il-liġi Franċiża tgħid li dawn it-tip ta’ platti u tazzi li jintremew wara li tużahom, tista’ tużahom biss jekk 50% tal-materjal ikun bijoloġiku, jiġifieri li jista’ jiġi dekompost sa Jannar 2020.

Din hija miżura li ttieħdet bħala parti mill-pjan Franċiż biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Dan il-pajjiż Ewropew jixtieq li jkun katalist u jservi ta’ eżempju għall-pajjiżi Ewropej oħra fejn jidħlu soluzzjonijiet ambjentali u tal-enerġija.

Statistika ppublikata mill-Assoċjazzjoni Franċiża għas-saħħa u l-Ambjent, turi kif 150 tazza tal-plastik jintremew kull sekonda li jammonta għal 4.73 biljun tazza f’sena. Jiġu riċiklati 1% biss ta’ dan l-ammont sinifikanti, primarjament minħabba l-materjal li huwa taħlitha ta’ lypropylene u polystyrene.


		
Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Ma rridux ninsew li aħna kellna liġi li kienet tipprojbixxi li jintużaw fliexken tal-plastik li kienet tneħħiet bl-ordni tal-UE.
    Nispera li ġġibuh dal-kumment għax qed tiċċensuraw kollox fejn tissemma l-UE.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend