Jinżamm taħt arrest wara li ħebb għal familtu – One News

Notifiki

Jinżamm taħt arrest wara li ħebb għal familtu

Tristian Tedesco ta’ dsatax-il sena inżamm fil-kustodja tal-pulizija wara li fil-qorti kien akkuzat li hedded lill-ommu, zijuh u lil nanntu, li attakka u weġġa ħafif lil nanntu u lil zijuh, li għamel danni lill-propjeta ta’ ħaddieħor u kiser il-paċi pubblika nhar is-sbatax ta’ Settembru.

Din mhijiex l-ewwel darba li ż-żagħżugħ ttella’ l-qorti- fil-fatt kien akkużat li dawn l-offiżi għamilhom waqt il-perjodu tas-sentenza sospiża. Il-qorti semgħet kif malli Tedesco ngħata sentenża sospiża u kien ordnat iżomm il-bogħod minn ommu għall-każ li kellu, mar dritt jisforza ruħu f’ dar nanntu biex isawwat lil ommu.

L-ispettur Roderick Spiteri qal lill-qorti li l-akużat tela’ fil-kamra fejn is-soltu torqod ommu u qabad isawwat lil min kien hemm taħt il-friex, li dakinhar inzerta li kien żijuh. Il-Karkariż li tkeċċa mid-dar ta’ ommu u missieru, kien hedded li ‘jaqta’ lill-ommu biċċiet’ biex tpatti għall-irwol tagħha fil-każ preċedenti tiegħu fejn instab ħati li ħebb għal pulizija u irreżista arrest. L-ispettur talab lill-qorti tibgħat lil Tedesco għall-għajnuna biex jitgħallem jikkalma r-rabja.

L-avukat difensur argumenta li ż-żagħżugħ kellu jingħata l-libertà provizorja sakemm jinbena l-każ kontrih u li tingħata l-protezzjoni adekwata lill-familjari. Tedesco deher jibki u jkellem lill-avukat wara li l-qorti iddeċidiet li sakemm ix-xhud jagħtu l-verżjoni tagħhom, l-akkużat jinżamm taħt arrest. Hekk kif ħareġ mill-awla tal-qorti b’ idu marbuta, ż-żagħżugħ lemaħ lil nanntu u qabad iwerżaq.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend