Il-Papa jżur trabi ta’ twelid li qed jinżammu għall-kura intensiva – One News

Notifiki

Il-Papa jżur trabi ta’ twelid li qed jinżammu għall-kura intensiva

Il-Papa Franġisku, l-Ġimgħa, għamel żjara ta’ sorpriża fi sptar San Giovanni f’Ruma. Matul din iż-żjara huwa iltaqa’ ma numru ta’ trabi li qed isofru minn kumplikazzjonijiet serji.

 

Huwa iltaqa’ mal-ġenituri ta’ 12-il tarbija li qed jinżammu f’inkubaturi għal kura intensiva. Matul iż-żjara huwa kellu kliem ta’ wens u kuraġġ għall-ġenituri li għaddejjin minn żmien diffiċli u li f’wiċċhom tidher dik id-dieqa meta jaraw lit-tarbija tagħhom tbagħti.

Il-Papa Franġisku rringrazzja wkoll lill-istaff mediku għall-ħidma bla heda tagħhom. Din hija waħda minn numru ta’ żjarat li qed jagħmel il-Papa kull nhar ta’ Ġimgħa bħala parti mill-inizjattivi għas-sena ddedikata għall-ħniena. Din iż-żjara kienet marbuta wkoll mal-kanonizazzjoni ta’ Madre Tereża li għamlet ħafna ġid mal-iżjed nies foqra.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend