Akkużat bi frodi u misapproprjazzjoni – One News

Notifiki

Akkużat bi frodi u misapproprjazzjoni

F’ nofsinhar il-Puliżija ressqet raġel ta’ 31 sena l-qorti akkużat b’ sensiela ta’ episodji ta’ frodi u misapproprjazzjoni.
Quddiem il-maġistrat Francesco Depasquale, l-ispettur Rodrick Agius qed jakkuża lir-raġel li fid-19 ta’ Lulju 2016, l-akkużat iffroda iktar minn elfejn ewro, fis-16 t’ Awwissu 2016 appropja ruħu minn iktar minn €2000, li uża ismijiet foloz u kwalifiċi foloz, li seraq minn karozza Rover u li huwa reċidiv.

L-akkużat diġa tressaq quddiem il-qorti l-ġimgħa li għaddiet, meta ntbagħat fis-sezzjoni tal-forensika l-isptar Monte Carmelo peress li għandu l-vizzju tad-droga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend