Fuq il-Fosos iltaqgħu għal intervista Simon Busuttil u Peppi Azzopardi u magħhom ingħaqad Salvu Mallia, li minn mal-Partit Demokratiku issa mar mal-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt Mallia kien l-uniku mistieden fid-diskussjoni li matulha għamel intervent twil mhux ħażin. L-intervista ta’ Azzopardi lil Busuttil rat lill-Kap tal-Oppożizzjoni jerġa’ jgħid li ma jridx u mhux se jippubblika l-ismijiet ta’ min selfu bl-iskema ta’ self sigriet. Għax fi kliemu l-liġi ta tobbligahx. Fuq kollox għal Simon Busuttil l-iskema hija serja għax għamlitha Ann Fenech.
Fl-intervista bit-tema Nirnexxu Lkoll Flimkien, Busuttil reġa’ tenna li għamlu sew id-deputati nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew ivvotaw kontra Leo Brincat u qal li dan għamluh fl-interess nazzjonali.
Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun lest biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Fl-istess ħin reġa’ qal li m’għandiex bżonn il-powerstation il-ġdida li permezz tagħha se jorħsu l-kontijiet u jkollna arja iktar nadifa.
Ritratt: NET NEWS