Il-PN iġiegħel lill-partitarji jistħu li huma Nazzjonalisti | One News

Notifiki

Il-PN iġiegħel lill-partitarji jistħu li huma Nazzjonalisti

Hija tal-misthija kif l-oppożizzjoni qed iġġib ruħha. Titfa’ l-ġebla u taħbi idejha.  Qiegħda timxi b’mod diviżiv mingħajr ebda viżjoni u saħansittra bla direzzjoni.

Mil-banda l-oħra, il-politika li addotta dan il-Gvern mil-bidu tal-leġiżlatura tiegħu, hija wahda inklussiva, li tgħaqqad u li tħares lejn l-interessi kollha tagħna u ta’ pajjiżna.  Dan hu l-mod kif wieħed għandu jmexxi l-pajjiż.

Il-poplu Malti huwa poplu matur, bilgħaqal u li jaqbeż għal dak kollu li huwa Malti.  Poplu li ma jaħfirha lil ħadd jekk wiehed jipprova ixekkel jew iħammeg l-isem ta’ pajjiżu. Poplu li iwieġeb għal kull minn irid jagħmel ħsara lil pajjizna.

Bħalissa s-sentiment tal-poplu Malti lejn l-oppożizzjoni huwa wieħed ta’ rabja, rabja li hija inevitabbli u naturali li wieħed iħoss jekk vera jkollu l-imħabba għal dak kollu li hu Malti u ghall-istorja ta’ pajjiżna.

L-oppożizzjoni saħansittra wasslet biex iġġiegħel lil partitarji tagħha stess jistħu li huma Nazzjonalisti, u dan għaliex l-istess partitarji ma jifilħux it-tmexxija negattiva ta’ Simon Busuttil. Tmexxija li aktar ma jgħaddi ż-żmien qed twassal lil Partit Nazzjonalista li jkompli jisfaxxa fix-xejn.

In-negattività tal-oppożizzjoni f’dawn iż-żminijiet fejn pajjiżna qed jifjorixxi u jkattar il-ġid, grazzi ghal ghaqal ta’ dan il-Gvern, qedha turi li il-PN issa verament qed imiss il-qieġh, mhux biss finanzjarjament iżda wkoll fl-idejat tiegħu u fil-politika tieġu.

Taħt l-ebda Gvern, wieħed qatt u qatt m’għandu jisthi li huwa Malti.  Anzi għandek dejjem tkun kburi li inti Malti.  Għandu ghalfejn jistħi minn ħaxxen butu b’korruzzjoni sfaċċata għal ħafna snin taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Għandu għalfejn jistħi minn kien parti minn Kabinett u aċċetta rigali mingħnd individwi.  Għandu għalfejn jistħi min uża l-poter tal-Ministeru tiegħu biex huwa stess l-ewwel wieħed, jibbenefika għalih personali. Għandu għalfejn jistħi min kien qed jara l-korruzzjoni ssir taħt għajnejh u baqa’ sieket għax kien komdu jieħu d-direct orders. Għandu għalfejn jistħi min ta’ żieda minima lil poplu Malti u hu ħa €500 fil-ġimgha. U min qalilna li taħt il-Labour jistħi jghid li huwa Malti għandu jkun huwa stess l-ewwel wieħed li jara li ma għamel xejn jew li m’għandu xejn li jġiegħlu jistħi bl-aġir tiegħu meta kien fil-poter.

Irridu nibqgħu ottimisti u kburin b’dak li qed iwettaq dan il-Gvern.  Għandna għalxiex niftaħru b’pajjiżna u għandna ċ-ċertifikati kollha li juru li pajjiżna huwa l-aħjar fost l-Ewropa.  Min huwa neggattiv ma jindbidilx u min għandu politika li tifred, dak ma jiġi fdat qatt.

Irridu nżommu dejjem f’moħħna li aħna lkoll familja waħda u minkejja li jista’  jkollna ideat u opinjonijiet differenti, dak li huwa Malti, aħna kburin bih.  Min jasal li jagħmel ħsara lil pajjiżna barra minn xtutna, ikun biss dak il-persuna li ma jkollu l-ebda rispett għalina l-Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend