Bħalissa tinsab għaddejja l-logħba Everton kontra Middlesborough f’Goodison Park.
Logħba li fiha, il-partitarji ta’ Everton se jkunu qed isellmu l-memorja ta’ Derek Acker, li għal tletin sena sħaħ kien jokkupa season ticket tal-klabb Ingliż.
Waqt l-aħħar logħba ta’ Everton f’darhom, Acker ħassu ħażin u sfortunatament miet ftit wara.
Hekk kif tgħaddi nofs siegħa, il-partitarji se jinfexxu jċapċpu, filwaqt li xalla ta’ Everton tpoġġiet fejn kien ipoġġi hu.